
The MBA informs the general public that after discussions with the Superintendence of Public Health, it is issuing the following clarifications about the wearing of face masks within the premises of a bank, including branches.
Members of the public wearing face masks are required to remove them temporarily within the premises of a bank branch, for at least two reasons, both for security purposes.
The first is to ensure that the CCTV systems employed by banks appropriately identify all customers. The second reason arises from the request made by a bank teller/official to identify any person requesting a bank service, whether encashment of cheques or any other service, by comparing the I.D. card/Passport with the actual visage of the person.
It is to be pointed out that such measures have always been in place, especially in relation to any headgear worn by persons when entering bank branches.
The MBA makes reference to the infographic entitled “Visiting Banks” which was issued recently by the Health Promotion & Disease Prevention Directorate that recommends the use of a visor (face shield) when visiting a bank branch. The MBA agrees that this alternative measure should allay concerns both from a health and security perspective.
In conclusion, the MBA reminds the general public that apart from the services provided at branches of its members, various alternative delivery channels are available as promoted on the websites of its members.
—-
L-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin toħroġ kjarifiki rigward l-ilbies ta’ maskri tal-wiċċ ġewwa fergħat tal-banek
L- MBA tinforma lill-pubbliku li wara diskussjonijiet mas-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, hija qed toħroġ il-kjarifiki li ġejjin dwar l-ilbies ta’ maskri tal-wiċċ fil-bini ta’ banek, inklużi fergħat (branches).
Membri tal-pubbliku li jilbsu maskri tal-wiċċ huma mitluba jneħħuhom temporanjament fil-bini ta’ fergħa bankarja, għal mill-inqas żewġ raġunijiet, it-tnejn għal skopijiet ta’ sigurtà.
L-ewwel raġuni hi li jiġi żgurat li s-sistemi ta’ CCTV użati mill-banek jidentifikaw b’mod xieraq il-klijenti kollha. It-tieni raġuni toriġina mit-talba magħmula minn kaxxier jew uffiċjal tal-bank sabiex tidentifika kwalunkwe persuna li titlob servizz bankarju, kemm jekk ikun encashment ta’ ċekkijiet jew kwalunkwe servizz ieħor, billi titqabbel il-karta ta’ l-identita’/ passaport mal-wiċċ tal-persuna.
Ta min wieħed jenfasizza li dawn il-miżuri dejjem kienu fis-seħħ, speċjalment fir-rigward ta’ kwalunkwe headgear li jintlibes minn persuni li jidħlu fil-fergħat tal-banek.
L-MBA tagħmel referenza għall-infografika intitolata “Visiting Banks” li nħarġet riċentement mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard li jirrakkomanda l-użu ta’ viżiera (visor jew face shield) meta klijent iżur fergħa bankarja. L-MBA taqbel li din il-miżura alternattiva għandha ttaffi t-tħassib kemm mill-perspettiva tas-saħħa kif ukoll minn dik ta’ sigurtà.
Bħala konklużjoni, l-MBA tfakkar lill-pubbliku in ġenerali li apparti s-servizzi pprovduti fil-fergħat tal-membri tagħha, hemm diversi mezzi alternattivi li huma disponibbli biex il-kljenti jinqdew u kif huma riklamati fuq il-websajts tal-membri tagħha.