Malta Bankers’ Association on latest COVID-19 developments

Malta Bankers’ Association on latest COVID-19 developments


The Malta Bankers’ Association (MBA) is following developments in the worldwide outbreak of COVID-19 and the significant impact it is having on various national economies.

The likely consequences on the Maltese economy cannot be overlooked and amongst the sectors particularly at risk are the hospitality and related industries most directly impacted by shifts in tourism.

In this respect the MBA wishes to advise that its member banks are actively assessing the situation of those sectors and customers most affected by these exceptional adverse conditions.

The MBA has received the assurances of its member banks that they are always open to engage with those sectors and customers to determine whether any supporting measures are applicable or merited within their particular circumstances.

This would be done by individual bank members according to the specific situation presented by the customer and which the respective bank would then determine according to the case.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bankiera dwar l-aħħar żviluppi tal-COVID-19

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bankiera (MBA) qed issegwi l-iżviluppi fit-tifqigħa dinjija ta’ COVID-19 u l-impatt sinifikanti li qed tħalli fuq diversi ekonomiji nazzjonali.

Il-konsegwenzi probabbli fuq l-ekonomija Maltija ma jistgħux jiġu injorati u fost is-setturi partikolarment f’riskju hemm dawk ta’ l-ospitalità u l-industriji li l-aktar li jintlaqtu direttament mill-movimenti fit-turiżmu.

F’dan ir-rigward l-MBA tixtieq tinforma lill-pubbliku li l-banek membri tagħha qed jevalwaw b’mod attiv is-sitwazzjoni ta’ dawn is-setturi u l-klijenti l-iktar affettwati minn dawn il-kundizzjonijiet negattivi bla precedent.

L-MBA rċeviet l-assigurazzjoni tal-banek membri tagħha li huma dejjem miftuħa biex jimpenjaw ruħhom ma’ dawk is-setturi u l-klijenti biex jiddeterminaw jekk hemmx miżuri ta’ appoġġ applikabbli u li jistħoqqilhom fiċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.

Dan isir mill-banek individwali skont is-sitwazzjoni speċifika ppreżentata mill-klijent lil-bank rispettiv li imbagħad jiddetermina skont il-każ.

Recommend
  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIN
  • Pinterest
Share
Tagged in