
The Malta Bankers’ Association (MBA) refers to the press conference held on Thursday 16th April 2020 by the Minister of Finance and the Parliamentary Secretary for Financial Services and Digital Economy announcing a scheme of interest rate subsidies to support businesses impacted by the COVID-19 pandemic.
While welcoming the announcement and reiterating its readiness, and that of its members, to collaborate with the authorities in the implementation of these measures, the MBA wishes to highlight that the specific details, terms and modality of the announced scheme have not yet been communicated to its members. In the meantime banks are receiving numerous queries about how the scheme will operate. Once such information is communicated in due course, the MBA and its members will provide further updates as necessary.
L-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltija (MBA) tirreferi għall-konferenza stampa li saret nhar il-Ħamis 16 ta’ April 2020 mill-Ministru tal-Finanzi u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali li fiha tħabbret skema ta’ sussidji fuq l-imgħaxijiet biex tgħin negozji milquta mill-pandemija COVID -19.
Filwaqt li tilqa’ din l-aħbar u itenni l-ħeġġa tagħha, u dik tal-banek membri, sabiex tikkollabora mal-awtoritajiet fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, l-MBA tixtieq tinforma li d-dettalji u t-termini speċifiċi tal-iskema mħabbra għadhom ma ġewx ikkomunikati lill-membri tagħha. Sadanittant il-banek qed jirċievu bosta mistoqsijiet dwar kif se taħdem l-iskema. Meta din l-informazzjoni tkun disponibbli fiż-żmien li ġej, l-MBA u l-banek membri jkunu jistgħu jaġġornaw min-naħa tagħhom kif meħtieġ.